7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/31
Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2008 — ERNI Electronics vs L-UASI (MaxiBridge)
(Kawża T-132/08)
(2008/C 142/56)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ERNI Electronics GmbH (Adelberg, il-Ġermaniż) (rappreżentant: N. Breitenbach, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-30 ta' Jannar 2008 fil-każ R 1530/2006-4;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fl-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MaxiBridge” għal prodotti fil-klassi 9 u 17 (applikazzjoni Nru 4 899 647).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda ta' l-applikazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), safejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma tikkostitwixxix indikazzjoni deskrittiva li għandha tinżamm disponibbli.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy