7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/32
Rikors ippreżentat fl-4 ta' April 2008 — Schniga vs L-Uffiċċju tal-Komunità ta' Varjetajiet ta' Pjanti (CPVO) — Elaris u Brookfield New Zealand (Gala-Schnitzer)
(Kawża T-135/08)
(2008/C 142/59)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Schniga Srl (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger, lawyer u R. Kunze, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Komunità ta' Varjetajiet ta' Pjanti
Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: SNC Elaris (Anger, Franza) u Brookfield New Zealand Ltd (Havelock North, In-New Zealand)
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell tal-21 ta' Novembru 2007 fil-każijiet A-003/2007 u A-004/2007; u
—
tikkundanna lis-CPVO għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għal drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti: Konsortium Südtiroler Baumschuler, wara t-trasferiment tal-varjetà in kwistjoni, Schniga Srl (Applikazzjoni Nru 1999/0033)
Dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti mitlub: Gala-Schnitzer
Deċiżjoni tas-CPVO: Dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti mogħti (Deċiżjonijiet Nru UE 18759, OBJ 06-021 u OBJ 06-022)
Appell imressaq quddiem il-Bord ta' l-Appell minn: SNC Elaris u Brookfield New Zealand Ltd
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tas-CPVO
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 59(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94 (1) billi l-oġġezzjonijiet għad-dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti ma jissodisfawx l-imsemmija dispożizzjoni; id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mill-applikant lil hinn mill-qafas leġiżlattiv; evalwazzjoni żbaljata tas-setgħa u d-diskrezzjoni tal-President tas-CPVO.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta' Lulju 1994, dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (ĠU 1994 L 227, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy