7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/36
Rikors ippreżentat fit-18 ta' April 2008 — Abbott Laboratories vs L-UASI — aRigen (Sorvir)
(Kawża T-149/08)
(2008/C 142/66)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Abbott Laboratories (Abbott Park, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Schäffler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: aRigen, Inc. (Tokyo, il-Ġappun)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Frar 2008 fil-każ R 809/2007-2; u
—
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: aRigen, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Sorvir” għal prodotti fil-klassi 5 — applikazzjoni Nru 004 455 507
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “NORVIR” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni taiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-oppożizzjoni fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li t-trade marks in kwistjoni huma simili u għalhekk hemm probabbiltà ta' konfużjoni.
Full & Egal Universal Law Academy