5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/39
Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2008 — Victor Guedes Indústria e Comércio vs UASI — Consorci de l'Espai Rural de Gallecs (GALLECS)
(Kawża T-151/08)
(2008/C 171/74)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Victor Guedes Indústria e Comércio, SA (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentant: B. Braga da Cruz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Consorci de l'Espai Rural de Gallecs (Barċellona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta' Jannar 2008 fil-każ R 986/2007-2;
—
tordna lill-UASI jirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 710 597 rigward prodotti fil-klassijiet 29 u 3; u
—
tordna li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell tiġi kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Consorci de l'Espai Rural de Gallecs
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “GALLECS” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 31 — applikazzjoni Nru 3 710 597
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva nazzjonali “GALLO” għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark figurattiva nazzjonali “GALLO AZEITE NOVO” għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark figurattiva nazzjonali “AZEITE GALLO” għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark nazzjonali “GALLO AZEITE NOVO” għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark figurattiva Komunitarja “GALLO” għal prodotti fil-klassi 29
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-oppożizzjoni kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u ta' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba x-xebh tat-trade mark ikkontestata ma' trade marks preċedenti, kif ukoll minħabba li l-użu tagħha jippreġudika l-karattru distintiv tagħha, fid-dawl tal-prattika normali fis-settur kummerċjali kkonċernat kif ukoll taċ-ċirkustanzi l-oħra tal-każ.
Full & Egal Universal Law Academy