5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/40
Rikors ippreżentat fit-28 ta' April 2008 — Paroc vs UASI — (INSULATE FOR LIFE)
(Kawża T-157/08)
(2008/C 171/76)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Paroc Oy/AB (Vantaa, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Palm, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-21 ta' Frar 2008 fil-każ R 0054/2008-2; u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “INSULATE FOR LIFE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 17, 19 u 37 — applikazzjoni Nru 593 2827
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħad l-applikazzjoni għall-prodotti u s-servizzi kollha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħad l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade mark kisbet il-grad minimu ta' karattru distintiv rikjest għar-reġistrazzjoni tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy