21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/22
Rikors ippreżentat fit-30 ta' April 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni u EPSO
(Kawża T-164/08)
(2008/C 158/36)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal
Talbiet tar-rikorrenti
—
l-anullament ta' l-avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/125/08 (AD7 u AD9) sabiex tiġi stabbilita lista għar-reklutaġġ ta' 4 tobba (Kummissjoni) u ta' 9 tobba (Istituzzjonijiet oħra), rispettivament, ippubblikat fl-edizzjonijiet tal- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea bil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-21 ta' Frar 2008, Nru C 48A.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-117/08, L-Italja vs Il-Kummissjoni (1).
(1) Li għadha mhix ippubblikata fil-ĠUUE.
Full & Egal Universal Law Academy