19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/24
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Mejju 2008 — DEI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-169/08)
(2008/C 183/47)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou A.E. (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P. Anestis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 824 finali, tal-5 ta' Marzu 2008, dwar l-għoti ta' drittijiet ta' estrazzjoni tal-linjite mir-Repubblika Ellenika lil Dimosia Epicheirisi Ilektrismou jew iż-żamma fis-seħħ ta' dawn id-drittijiet.
Ir-rikorrenti tinvoka l-motivi ta' annullament segwenti:
Ir-rikorrenti l-ewwel nett issostni, li l-konvenuta wettqet żball ta' liġi fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien ma' l-Artikolu 82 KE, kif ukoll żball manifest ta' interpretazzjoni.
B'mod partikolari, skond ir-rikorrenti, il-konvenuta wettqet żball, l-ewwel nett, għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni tas-swieq rilevanti; it-tieni nett, għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tat-teorija ta' l-estensjoni ta' pożizzjoni dominanti, għaliex hija ma kkunsidratx il-fatt li, anki fil-każ ta' l-impriżi pubbliċi, l-estensjoni għandha tkun ibbażata fuq miżuri statali li jagħtu drittijiet esklużivi jew speċjali; it-tielet nett, għaliex il-leġiżlazzjoni Ellenika li fuq il-bażi tagħha r-rikorrenti kisbet drittijiet ta' estrazzjoni tal-linjite ma twassalx għal sitwazzjoni ta' inugwaljanza ta' l-opportunitajiet għad-detriment tal-kompetituri; ir-raba' nett, għaliex il-leġiżlazzjoni ċċitata ma twassalx għaż-żamma jew għat-tisħih tal-pożizzjoni dominanti tar-rikorrenti fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa ta' l-elettriku u, il-ħames nett, il-konvenuta wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni meta ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-iżviluppi riċenti li seħħew fis-suq Grieg ta' l-enerġija elettrika, li kienu importanti sabiex jiġi ppruvat li ma kienx jeżisti ksur.
Permezz tat-tieni motiv ta' annullament, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma osservatx ir-regoli dwar il-motivazzjoni previsti fl-Artikolu 252 KE, meta adottat id-deċiżjoni kkontestata.
Permezz tat-tielet motiv ta' annullament, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ġenerali taċ-ċertezza legali, ta' l-aspetattivi leġittimi u tal-protezzjoni tal-proprjetà. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkunsidra li hija l-Qorti tal-Prim'Istanza li għandha tiddeċiedi b'liema mod il-konvenuta wettqet abbuż ta' poter.
Fl-aħħar nett, permezz tar-raba' motiv ta' annullament, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma osservatx il-prinċipju ta' proporzjonalità għal dak li jirrigwarda l-miżuri korrettivi proposti fid-deċiżjoni kkontestata.
Full & Egal Universal Law Academy