19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/27
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Mejju 2008 — JOOP! vs L-UASI (rappreżentazzjoni ta' esklamazzjoni)
(Kawża T-191/08)
(2008/C 183/51)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: JOOP! GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schmidt-Hollburg, W. Möllering, A. Löhde, H. Leo, A. Witte, T. Frank, A. Theil, H.-P. Rühland, B. Willers u T. Rein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern mogħtija fis-6 ta' Marzu 2008 fil-każ R 1822/2007-1;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrappreżenta punt ta' esklamazzjoni, għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 (applikazzjoni Nru 5 332 176)
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: rifjut ta' l-applikazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), inkwantu t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha karattru distintiv u m'għandhiex tinżamm għad-dispożizzjoni libera ta' kulħadd.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE), ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy