19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/29
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Mejju 2008 — Interflon vs UASI — Illinois Tool Works (FOODLUBE)
(Kawża T-200/08)
(2008/C 183/54)
Lingwa tar-rikors:L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Interflon BV (Roosendaal, l-Olanda) (rappreżentant: S. M. Wertwijn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Illinois Tool Works Inc. (Glenview, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Marzu 2008 fil-każ R 38/2007-2, u
—
tilqa' t-talba tar-rikorrenti għall-annullament tat-trade mark Komunitarja kkonċernata.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “FOODLUBE” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4 — Applikazzjoni Nru 1 647 734
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tilqa' t-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tilqa' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade mark ikkonċernata m'għandhiex karattru distintiv; ksur ta' l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li t-trade mark ikkonċernata mhijiex kapaċi tagħmel distinzjoni bejn il-prodotti indikati skond l-oriġini tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy