15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/57
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ġunju 2008 — Szomborg vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-228/08)
(2008/C 209/103)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Gregorz Szomborg (Jastarnia, il-Polonja) (rappreżentant: R. Nowosielski, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
—
tiddikjara li l-Kummissjoni naqset milli taġixxi, bi ksur ta' l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal- 21 ta' Diċembru 2005 (1), in kwantu hija ma ppubblikatx evalwazzjoni xjentifika ta' l-effetti ta' l-użu b' mod partikolari ta' għeżuli, pariti u xbieki tat-tħabbil fuq ċetaċji u ma ppreżentatx il-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;
—
tordna li l-ispejjeż tar-rikorrent jiġu mħallsa lura
Motivi u argumenti prinċipali
Skond l-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2187/2005 il-Kummissjoni kienet obbligata tiżgura li ssir evlawazzjoni xjentifika ta' l-effetti ta' l-użu b' mod partikolari ta' l-għeżuli, pariti u xbieki tat-tħabbil fuq ċetaċji u li l-konklużjonijiet tagħha jiġu preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. In konnessjoni man-nuqqas li jiġi ppreżentat tali rapport fiż-żmien preskritt, ir-rikorrent, b' ittra tal-25 ta' Frar 2008, talab lill-Kummissjoni taġixxi. B' risposta għat-talba sabiex taġixxi tar-rikorrent, il-Kummissjoni ddikjarat li tali evalwazzjoni xjentifika kienet għadha ma ġietx ippreżentata minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni minn partijiet oħra.
Peress illi kien iqis li f' dawk iċ-ċirkustanzi mhemmx dubju dwar in-nuqqas tal-Kummissjoni li tissodisfa l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2187/2005, ir-rikorrent ressaq dan ir-rikors għal nuqqas li wieħed jaġixxi taħt l-Artikolu 232 KE.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal- 21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU 2005 L 349, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy