15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/63
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ġunju 2008 — Coin vs UASI — Dynamiki Zoi (FITCOIN)
(Kawża T-249/08)
(2008/C 209/112)
Lingwa tar-rikors:L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Coin SpA (Mestre, Venezja, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell: Dynamiki Zoi Anonymi Etairia (Peristeri, il-Greċja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tibdel id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' April 2008 fil-Każ Nru 1429/2007-1;
—
tirrifjuta t-trade mark Komunitarja Nru 3 725 298 “FITCOIN”; u
—
tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti ta' oppożizzjoni u ta' appell ta' l-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “FITCOIN” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41 — Applikazzjoni Nru 3 725 298
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark Taljana “coin” Reġistrazzjoni Nru 160 126 għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark Taljana “coin” Reġistrazzjoni Nru 253 233 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41; it-trade mark Taljana “coin” Reġistrazzjoni Nru 240 305 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41; it-trade mark Taljana “coin” Reġistrazzjoni Nru 169 548 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41, estiża għall-Benelux, Franza, l-Ungerija, l-Awstrija u l-Portugall; it-trade mark Taljana “coin” Reġistrazzjoni Nru 240 286 għal prodotti u servizzi fil-klassi 25, estiża għall-Benelux, Franza, l-Ungerija u l-Awstrija; it-trade mark Komunitarja “coin” Reġistrazzjoni Nru 109 827 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 35; it-trade mark internazzjonali “coin” Reġistrazzjoni Nru R 381 015 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41, estiża għall-Benelux, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Portugall u s-Slovenja.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-oppożizzjoni fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade marks ikkonċernata huma simili mil-lat viżiv u fonetiku u l-prodotti u s-servizzi koperti bit-trade marks ikkonċernati huma identiċi; ksur ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-użu tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni aktarx toħloq konfużjoni.
Full & Egal Universal Law Academy