30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/52
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ġunju 2008 — Vion vs UASI (PASSION FOR BETTER FOOD)
(Kawża T-251/08)
(2008/C 223/92)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vion NV (Best, l-Olanda) (rappreżentant: A. Klinger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' April 2008 (rikors R 562/2007-4), u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PASSION FOR BETTER FOOD” għall-prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 (applikazzjoni Nru 5 039 946).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħad l-applikazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: caħad l-appell.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), billi t-trade mark li għalija saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv biżżejjed.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 11).
Full & Egal Universal Law Academy