15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/65
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2008 — Montero Padilla vs UASI — Padilla Requena (JOSE PADILLA)
(Kawża T-255/08)
(2008/C 209/115)
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Montero Padilla (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: Sres. G. Aguillaume Gandasegui u P. Linde Puelles, abogados)
Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: José María Padilla Requena
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-UASI ta' l-1 ta' Marzu 2008 u tiċħad l-applikazzjoni għar- reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “JOSA PADILLA” għall-klassijiet 9, 25 u 41.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: José María Padilla Requena.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “JOSE PADILLA” (applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 2 844 066) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 41).
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: trade mark verbali Spanjola “JOSE PADILLA” għal prodotti u servizzi fil-klassi 41.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-oppożizzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell.
Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikoli 4, 7(1)(a), (b), (c) u (f), u ta' l-Artikolu 8(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy