30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/55
Rikors ippreżentat fis-7 ta' Lulju 2008 — Becker Flugfunkwerk vs UASI — Harman Becker Automotive Systems (BECKER AVIONIC SYSTEMS)
(Kawża T-263/08)
(2008/C 223/98)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Becker Flugfunkwerk GmbH (Rheinmünster, Il-Germanja) (rappreżentant: O. Griebenow, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Harman Becker Automotive Systems GmbH (Karlsbad, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta' l-10 ta' April 2008 fil-każ R 398/2007-1; u
—
tirrifjuta l-oppożizzjoni Nru B 484 503 relatata ma' l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 829 563.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “BECKER AVIONIC SYSTEMS” għal prodotti fil-klassi 9, applikazzjoni Nru 1 829 563
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark tar-Renju Unit Nru 1 258 929 tat-trade mark verbali “BECKER” għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark Ġermaniża Nru 1 039 843 tat-trade mark figurattiva “BECKER” għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark Ġermaniża Nru 1 016 927 tat-trade mark figurattiva “BECKER” għal prodotti fil-klassi 37; it-trade mark Finlandiża Nru 116 880 tat-trade mark verbali “BECKER” għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark Griega Nru 82339 tat-trade mark verbali “BECKER” għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark internazzjonali Nru 473 178 tat-trade mark verbali “BECKER” għal prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha
Deċiżjonital-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li mhemm l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.
Full & Egal Universal Law Academy