25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/33
Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-313/08)
(2008/C 272/61)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore Snc (Catania, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat- 12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-305/08 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni. Ir-rikorrenti ssostni, b'mod partikolari, ksur tal-Artikolu 12 tat-Trattat KE. F'dan ir-rigward hija tafferma li r-regolament ikkontestat jinvolvi trattament diskriminitarju favur ir-Renju ta' Spanja, il-kwota ta' liema ġiet ikkunsidrata li ntlaħqet fit-23 ta' Ġunju, minflok fis-16 ta' Ġunju.
Full & Egal Universal Law Academy