25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/38
Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — AJD Tuna vs Il-Kummssijoni
(Kawża T-329/08)
(2008/C 272/77)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: AJD Tuna Ltd (Mosta Road, Malta) (rappreżentant: M. Annoni, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran b'referenza partikolari għall-Artikolu 3 tal-istess regolament
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawżi T-305/08 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni u T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni. Qed jiġi invokat b'mod partikolari l-ksur tal-prinċipju tal-aspettativi leġittimi, safejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja fuq is-sajd tat-tonn qajmet fir-rikorrenti aspettattiva raġonevolment ibbażata fuq il-leġittimità tal-attività tagħha ta' trobbija u tismim.
Full & Egal Universal Law Academy