11.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 260/18
Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2008 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' qanpiena b'żigarella ħamra)
(Kawża T-346/08)
(2008/C 260/33)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniz
Partijiet
Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Iżvizzera) rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta' Ġunju 2008 (Każ R 943/2007-4);
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali, li tirrappreżenta qanpiena b'żigarella ħamra, għal prodotti fil-klassi 30 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 770 831)
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), safejn it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandu karattru distintiv u ma tikser l-ebda rekwiżit ta' disponibbiltà.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy