8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/44
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Awwissu 2008 — Aragonesas Industrias y Energía, SA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-348/08)
(2008/C 285/82)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aragonesas Industrias y Energia, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: I. Forrester, K. Struckmann, P. Lindfelt, J. Garcia-Nieto Esteva, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2008 — Każ COMP/F/38.695 —
—
Temenda l-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni billi tannulla jew billi tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fuq Aragonesas; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2626 finali tal-11 ta' Ġunju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.695) — Klorat tas-sodju) sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti. Sussidjarjament, hija titlob l-emenda tal-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni sa fejn din timponi multa fuq ir-rikorrenti.
Ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi fid-dritt in sostenn tar-rikors tagħha:
L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni meta stabbiliet li r-rikorrenti pparteċipat f'akkordju bejn l-aħħar tal-1994 u l-2000, billi allokat volumi ta' bejgħ u billi ffissat prezzijiet tal-klorat tas-sodju. Hija tallega li l-livell tal-provi li l-Kummissjoni ssemmi fid-deċiżjoni mhuwiex suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita b'mod suffiċjenti skont il-liġi l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fi ksur waħdieni u kontinwu.
It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li kien hemm ksur tal-prinċipji ta' proporżjonalità u tat-trattament ugwali minħabba li l-Kummissjoni, fil-kalkolazzjoni tagħha tal-ammont bażiku tal-multa:
—
evalwat żbaljatament il-gravità tal-ksur fir-rigward tar- rikorrenti;
—
applikat żbaljatament il-ħlas tad-dħul lir-rikorrenti;
—
naqset milli tevalwa b'mod xieraq il-perijodu tal-ksur; u
—
naqset milli tieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi mitiganti speċifiċi għar-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy