6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/36
Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — DAI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-381/08)
(2008/C 313/65)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: DAI — Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA (Coruche, il-Portugall) (rappreżentanti: J. da Cruz Vilaça, L. Romão u A. Mestre, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli;
—
tilqa' l-ilment u tannulla parzjalment id-Deċiżjoni 2008/445/KE tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-11 ta' Ġunju 2008, li tistabbilixxi għal kull Stat Membru l-ammonti ta' għajnuna retroattiva għar-ristrutturar lill- produtturi u lill- impriżi li rristrutturaw fis-snin tas-suq 2006/2007 u 2007/2008 fil-kwadru tal-iskemi temporanji għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (notifikata bid-dokument Nru C(2008) 2557) (1), jiġifieri dik il-parti li tirreferi għall-ammont mogħti bħala għajnuna għar-ristrutturar lill-produtturi u l-impriżi li wettqu ristrutturar fis-snin tas-suq 2006/07 u 2007/08;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Ksur tal-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007 (2) u tal-Artikolu 16a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2007 (3).
Ksur tal-prinċipji ta' trattament ugwali, ta' ċertezza legali u ta' non-retroattività tal-liġi.
(1) ĠU L 156, p. 20.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007 tad-9 ta' Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU L 283, p. 8).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 968/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU L 283, p. 16).
Full & Egal Universal Law Academy