22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/51
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Settembru 2008 — Clearwire Corporation vs UASI (CLEARWIFI)
(Kawża T-399/08)
(2008/C 301/86)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Clearwire Corporation (Kirkland, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Konrad, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-każ R 706/2008-1; u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali CLEARWIFI għal servizzi fil-klassi 38 — Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru W00 934 594
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Ċaħda tal-applikazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li r-raġunijiet għaċ-ċaħda mogħtija mill-Bord tal-Appell ma jipprekludux ir-reġistrazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy