22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/51
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 — Enercon vs UASI — BP (ENERCON)
(Kawża T-400/08)
(2008/C 301/87)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, Il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BP plc (Londra, Ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta' Lulju 2008 fil-każ R 957/2006-4, safejn din tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-26 ta' Mejju 2006 li tiddeċiedi dwar l-oppożizzjoni numru B 760 605; u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark “ENERCON” għal prodotti fil-klassijiet 1, 2 u 4
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 137 828 tat-trade mark verbali “ENERGOL” għal prodotti fil-klassijiet 1, 2 u 4
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni minbarra għall-oġġetti li nstab li ma kienux l-istess
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ma laqgħax l-appell għall-oġġetti li nstab li ma kienux l-istess u ċaħad l-appell għall-bqija
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
Full & Egal Universal Law Academy