6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/40
Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — EAÜ vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-416/08)
(2008/C 313/73)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eesti Autorite Ühing (EAÜ) (Tallin, l-Estonja) (rappreżentant: M. Favart, lawyer)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta'* Lulju 2008 dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża COMP/C2/38.698 — CISAC); u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali skont l-Artikolu 230 KE tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)3435 finali tas-16 ta' Lulju 2008 (Kawża COMP/C2/38.698 — CISAC) dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. B'mod speċifiku r-rikorrenti tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata li jgħidu li d-delineazzjonijet territorjali tal-mandati ta' rappreżentanza reċiproka mogħtija minn soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur lil soċjetà oħra jikkonsistu fi prattiċi mifthiema bi ksur tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali mqajma mir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk imqajma mir-rikorrenti fil-Kawża T-415/08 IMRO vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy