6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/41
Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — OSA vs Il-Kummisjoni
(Kawża T-418/08)
(2008/C 313/75)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ochranný svaz autorský pro práva k dílům hudebním (OSA) (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Favart, avukat)
Konvenuta: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC); u
—
tikkundanna lill-Kummisjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali skont l-Artikolu 230 KE tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)3435 finali tas-16 ta' Lulju 2008) Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE. Preċiżament, ir-rikorrenti tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni kkontestata li jistabbilixxu li d-delimitazzjonijiet territorjali tal-mandati ta' rappreżentanza reċiproka mogħtija minn soċjetà tal-awturi lil oħra jikkostitwixxu prattika miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE.
Il-motivi u argumenti prinċipali mqajjma mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk imqajjma mir-rikorrenti fil-Kawża T-415/08 IMRO vs Il-Kummissjoni
Full & Egal Universal Law Academy