6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/42
Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — LATGA-A vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-419/08)
(2008/C 313/76)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lietuvos Autorių Teisių Gynimo Asociacijos Agentūra (LATGA-A) (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors ir-rikorrenti qed titlob l-annullament parzjali, skont l-Artikolu 230 KE, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, fil-Każ COMP/C2/38.698 — CISAC dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE. Ir-rikorrenti tikkontesta speċifikament l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata li l-konfini territorjali tal-mandati ta' rappreżentazzjoni reċiproka mogħtija minn soċjetà ta' awturi lil oħra jikkostitwixxu prattika miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali mressqa mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk imressqa mir-rikorrenti fil-Kawża T-415/08 IMRO vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy