6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/42
Rikors ippreżentat fid-29 ta Settembru 2008 — SAZAS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-420/08)
(2008/C 313/77)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Združenje skladateljev, avtorjev in založnikov za zaščito avtorskih pravic Slovenije (Sazas) (Trzin, l-Islovenja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC); u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annullament tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/C2/38.698 — CISAC) billi tallega li 24 minn fost is-soċjetajiet ta' CISAC (1) ibbażati fiż-ŻEE, inkluża r-rikorrenti, ħadu sehem fi prattika miftiehma “billi kkordinaw id-deskrizzjoni territorjali tal-mandati rappreżentattivi reċiproċi mogħtija lil xulxin b'mod li jillimita l-liċenzja għat-territorju domestiku ta' kull soċjeta għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur (collecting society).”
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili jew identiċi għal dawk imqajma fil-Kawża T-413/08.
(1) Tirreferi għall-Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tal-Awturi u tal-Kompożituri (“CISAC”).
Full & Egal Universal Law Academy