10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/34
Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Coverpla vs UASI- Heinz-Glas (Trade marks jew Disinni)
(Kawża T-450/08)
(2009/C 6/69)
Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Coverpla (Nice, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u M. Chaminade, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti(jiet) oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heinz-Glas GmbH (Kleintettau, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tas-7 ta' Lulju 2008, każ R 1411/2007-3, safejn din ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti u kkunsidrat il-mudell Komunitarju “Tour” Nru 29178-0002 bħala invalidu.
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark jew disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark jew disinn Komunitarju Nru 29178-0002 għal “fliexken”
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Heinz-Glas GmbH
Trade mark jew disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Flixkun mhux irreġistrat imsemmi “Empire” bin-numru ta' riferenza F 3990
Deċ iżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark jew disinn Komunitarju
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tar-rikors
Motivi invokati: It-trade mark jew disinn Komunitarju għandu tabilħaqq il-karattru ġdid meħtieġ; id-dokumenti ppreżentati minn Heinz-Glas GmbH sabiex tippprova li hija kienet ħarġet fil-pubbliku mudell ta' flixkun identiku li kien preċedenti għat-trade mark jew disinn Komunitarju m'għandhomx saħħa probatorja.
Full & Egal Universal Law Academy