10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/35
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ottubru 2008 — Wilfer vs UASI [il-parti ta' fuq (“headstock”) ta' kitarra]
(Kawża T-458/08)
(2009/C 6/71)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hans-Peter Wilfer (Markneukirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kockläuner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta' Lulju 2008, fil-Każ R 78/2007-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-parti ta' fuq (“headstock”) ta' kitarra, bil-kuluri fidda, griż u kannella mitluba għal prodotti fil-klassijiet 9 u 15 (Nru 2 639 821)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1);
—
Ksur tal-prinċipji ta' investigazzjoni ex officio, inkluża l-interpretazzjoni żbaljata tar-regoli tal-oneru tal-prova skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94;
—
Ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94;
—
Ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy