6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/53
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni vs Acentro Turismo
(Kawża T-460/08)
(2008/C 313/94)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu, bħala aġent, A. Caeiros, bħala aġent)
Konvenuta: Acentro Turismo SpA (Milan, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:
—
tikkundanna lill-kumpannija Acentro Turismo S.p.A. għall-ħlas tas-somma ta' EUR 1 349 776 bħala ammont prinċipali.
—
tikkundanna l-imsemmija kumpannija għall-ħlas tas-somma ta' EUR 227 855 bħala interessi għal dewmien li skadew fid-data tal-preżentazzjoni ta' dan ir-rikors, kif ukoll għall-ħlas tal-interessi għal dewmien li għandhom jiskadu wara d-data tal-preżentazzjoni ta' dan ir-rikors u sad-data ta' meta effettivament isir il-ħlas tal-ammont prinċipali, li għandu jiġi kkalkolat sussegwentement skont ir-rata tal-imgħax stabbilita fid-dritt Taljan.
—
tikkundanna l-imsemmija kumpannija għall-ħlas tal-interessi moratorji abbażi tal-imsemmija interessi għal dewmien li skadew fi-data tal-preżentazzjoni ta' dan ir-rikors, li għandhom jiġu kkalkolati sussegwentement skont id-data tal-ħlas tal-imsemmija intressi kif ukoll skont ir-rata tal-imgħax stabbilita fid-dritt Taljan.
—
tikkundanna l-imsemmija kumpannija għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors il-Kummissjoni Ewropea, bħala rappreżentanta tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tikkundanna lill-kumpannija Taljana, Acentro Turismo S.p.A., għall-ħlas tas-somma ta' EUR 1 349 746, flimkien mal-interessi ta' dewmien, dovuta abbażi tar-regoli ta' eżekuzzjoni pprovduti fil-kuntratt tal-provvista ta' servizzi Nru 349-90-04 TL ISP I, konkluż fl-1990 u intiż li jattribwixxi lil din il-kumpannija l-funzjoni ta' aġenzija tal-vjaġġi għad-destinazzjoni ta' Ispra.
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li l-kumpannija Acentro ma ħallsitx żewġ irċevuti, li nħarġu mill-Kummissjoni nnfisha abbażi tal-Artikolu 8 tal-kuntratt inkwistjoni u li l-eżistenza ta' dan il-kreditu hija suffiċjentement sostnuta mill-kontenut ta' dan il-kuntratt, u għalhekk il-kreditu inkwistjoni jidher li huwa ċert, likwidu u dovut.
Full & Egal Universal Law Academy