20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/40
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2008 — Media-Saturn vs UASI (BEST BUY)
(Kawża T-476/08)
(2008/C 327/71)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Media-Saturn-Holding GmbH (Ingolstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Lewinsky, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 0591/2008-4 kif ukoll
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura u r-rimbors tal-ispejjeż tal-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “Best Buy” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 17, 20, 21, 22, 27, 28, 35, 37, 38, 40, 41, 42 (Nru 5 189 550)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy