24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/34
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Novembru 2008 — NEC Display Solutions Europe vs UASI — C More Entertainment (see more)
(Kawża T-501/08)
(2009/C 19/63)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NEC Display Solutions Europe GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: P Munzinger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C More Entertainment AB (Stokkolma, l-Iżvezja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 1388/2007-4 u tiċħad l-oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; u
—
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, f'każ li ssir intervenjenti f'din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “see more” għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni Nru 4 034 741
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Daniża “CMORE” irreġistrata bin-Nru VR 2004 01590 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 41; Trade mark verbali Finlandiża “CMORE” irreġistrata bin-Nru 231 366 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.
Full & Egal Universal Law Academy