21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/49
Rikors ippreżentat fil-25 ta' Novembru 2008 — Nadine Trautwein Rolf Trautwein vs UASI (Hunter)
(Kawża T-505/08)
(2009/C 44/87)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Czychowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Settembru 2008 fil-Każ R-1733/2007-1, u d-deċiżjoni tal-eżaminatur tas-17 ta' Ottubru 2007 u tawtorizza l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4829347, u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Hunter” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 (Applikazzjoni Nru 4 829 347)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, la tista' tiċċaħħad mill-karattru distintiv neċessarju u lanqas għandha indikazzjoni deskrittiva.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy