21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/55
Rikors ippreżentat fl-1 ta' Diċembru 2008 — Granuband vs UASI — Granuflex (GRANUflex)
(Kawża T-534/08)
(2009/C 44/96)
Lingwa tar-rikors: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Granuband BV (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentant: M. Ellens, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Granuflex Ipari és Kereskedelmi Kft (Budapest, l-Ungerija)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla jew temenda d-deċiżjoni tal-UASI tal-15 ta' Settembru 2008, innotifikata fl-24 ta' Settembru 2008, minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52(1) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94,
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: GRANUFLEX għal prodotti fil-klassijiet 17, 19 u 27 — Trade mark Komunitarja Nru 943118
Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja: Granuband B.V.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Granuflex Ipari és Kereskedelmi Kft.
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: isem kummerċjali GRANUFLEX għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 17, 19, 27 u 37
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: invalidità tat-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(ċ) u tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94.
Full & Egal Universal Law Academy