7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/45
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 — Kerma vs UASI (BIOPIETRA)
(Kawża T-586/08)
(2009/C 55/80)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Kerma SpA (Puegnago sul Garda, l-Italja) (rappreżentant: A. Manzoni, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li t-trade mark BIOPIETRA hija konformi mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 u li għandu karattru distintiv skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94.
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż f'każ li huwa jitlef.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “BIOPIETRA” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.658.893) għall-prodotti fil-klassi 19.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy