Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Frar 2009 – Okalux vs UASI – Ondex (ONDACELL)
(Kawża T-126/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Nuqqas ta’ ħlas tad-dritt tal-oppożizzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara li l-oppożizzjoni titqies li ma saritx – Rikors manifestament infondat fid-dritt”
Trade mark Komunitarja – Proċedura ta’ reġistrazzjoni – Osservazzjoni ta’ terzi u oppożizzjoni (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2869/95, Artikoli 5 u 8) (ara l-punti 27, 28, 35)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1384/2007-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Okalux GmbH u Ondex SAS.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Ondex SAS
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark ONDACELL għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 17 u 19 – Applikazzjoni Nru 4755971
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Okalux GmbH
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni meqjusa li ma saritx
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Okalux GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy