Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Awwissu 2008 – Melli Bank vs Il-Kunsill
(Kawża T-246/08 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Regolament (KE) Nru 423/2007 – Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran – Deċiżjoni tal-Kunsill – Miżura ta’ ffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza – Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 32-34, 36-38, 43)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 35)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 50)
4. Komunitajiet Ewropej - Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet (Artikoli 60 KE, 301 KE u 308 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 423/2007) (ara l-punt 52)
5. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 53-55)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-punt 4 tat-Tabella B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li timplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), sa fejn Melli Bank plc huwa inkluż fil-lista ta’ persuni ġuridiċi, tal-entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy