Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Lulju 2009 – Hoo Hing vs UASI – Tresplain Investments (Golden Elephant Brand)
(Kawża T‑300/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 63(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Att li jilqa’ t-talbiet kollha tar-rikorrenti – Inammissibbiltà”
Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Persuni li jistgħu jippreżentaw rikors u jkunu parti fil-kawża - Persuni li t-talbiet tagħhom ma jintlaqgħux permezz ta’ deċiżjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63(4)) (ara l-punti 30-32)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2008 (Każ R 889/2007‑1), fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Hoo Hing Holdings Ltd u Tresplain Investments Ltd.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark figurattiva Golden Elephant Brand għall-prodotti fil-klassi 30 – Trade mark Komunitarja Nru 241810
Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja:
Tresplain Investments Ltd
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Hoo Hing Holdings Ltd
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark figurattiva mhux irreġistrata Golden Elephant użata fir-Renju Unit
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Hoo Hing Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy