21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-6/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/60/KE - Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 282/28
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Peere u P. Dejmek, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jieħu jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p. 15).
Dispożittiv
(1)
Billi ma ħax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għalll-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009
Full & Egal Universal Law Academy