21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta' Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-8/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/17/KE - Rekwiżiti tekniċi relatati mad-donazzjoni, il-ksib u l-kontroll ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 282/29
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: C. Cattabriga u J. Sénéchal, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju [rappreżentant: D. Haven, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE tat-8 ta’ Frar 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti rekwiżiti tekniċi relatati mad- donazzjoni, il-ksib u l-kontroll ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem (ĠU L 38, p. 40)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE tat-8 ta’ Frar 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti rekwiżiti tekniċi relatati mad-donazzjoni, il-ksib u l-kontroll ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem, u f’kull każ, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy