16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbika Italjana
(Kawża C-12/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/17/KE - Rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 11/11
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u S. Mortoni, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubbika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, F. Arena, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE, tat-8 ta’ Frar 2006, li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani (ĠU L 330M, p. 162)
Dispożittiv
(1)
Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE, tat-8 ta’ Frar 2006, li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2006/17.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009
Full & Egal Universal Law Academy