27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-18/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Regolament (KEE) Nru 4055/86 - Artikolu 1 - Trasport Marittimu - Portijiet ta’ importanza ġenerali - Taxxi tal-port - Eżenzjonijiet u sussidji)
2010/C 80/08
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Simonsson u L. Lozano Palacios, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/96, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 174) — Portijiet ta’ importanza ġenerali — Eżenzjonijiet u sussidji mit-taxxi tal-port.
Dispożittiv
(1)
Billi żamm fis-seħħ l-Artikoli 24(5) u 27(1), (2) u (4) tal-Liġi 48/2003, tas-26 ta’ Novembru 2003, dwar sistema ekonomika u l-provvista ta’ servizzi fil-portijiet ta’ importanza ġenerali, li jistabbilixxu sistema ta’ tnaqqis u ta’ sussidji mid-dazji tal-port, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-priniċpji tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009
Full & Egal Universal Law Academy