28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-20/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ammissibbiltà tar-rikors - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 56 KE - Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE - Titoli tad-dejn pubbliku - Trattament fiskali preferenzjali - Ġustifikazzjoni - Ġlieda kontra l-frodi fiskali - Ġlieda kontra l-evażjoni fiskali)
2011/C 160/03
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Caeiros, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, C. Guerra Santos u J. Menezes Leitão, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 56 KE u 40 ŻEE — Titoli tad-dejn pubbliku — Trattament fiskali preferenzjali tat-titoli maħruġa mill-Istat Portugiż.
Dispożittiv
(1)
Billi pprevediet, fil-kuntest tas-sistema eċċezzjonali ta’ regolarizzazzjoni fiskali ta’ elementi patrimonjali li ma jinsabux fit-territorju Portugiż fil-31 ta’ Diċembru 2004 (“regime excepcional de regularização tributária de elementos patrimoniais que não seencontrem no território português em 31 de Dezembro de 2004”), stabbilita bil-liġi Nru 39-A/2005, tad-29 ta’ Lulju 2005, trattament fiskali preferenzjali għat-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa biss mill-Istat Portugiż, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy