5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-30/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/82/KE - Artikolu 11 - Pjani ta’ emerġenza esterni)
2009/C 297/19
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Sipos u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU L 10, p. 13), kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 345, p. 97) — Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjani ta’ emerġenza esterni għal ċerti stabbilimenti
Dispożittiv
(1)
Billi ma pprovdietx għall-implementazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha taħt dan l-artikolu.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009
Full & Egal Universal Law Academy