14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Bíróság — Repubblika taUngerija) — Nawras Bolbol vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal
(Kawża C-31/09) (1)
(Direttiva 2004/83/KE - Regoli minimi dwar il-kundizzjonijiet li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitolbu l-istatus ta’ refuġjat - Persuna mingħajr Stat ta’ oriġini Palestinjana li ma talbitx il-protezzjoni jew l-għajnuna tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) - Applikazzjoni għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat - Ċaħda minħabba li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(A) tal-konvenzjoni dwar l-istatus ta’ refuġjati, iffirmata f’Genève fit-28 ta’ Lulju 1951, mhumiex sodisfatti - Dritt ta’ din il-persuna mingħajr Stat għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE)
2010/C 221/13
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Nawras Bolbol
Konvenut: Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Fövárosi Bíróság (l-Ungerija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat [status] ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol 7, p. 96) — Persuna mingħajr stat ta’ oriġini Palestinjana li ma talbitx il-protezzjoni jew l-għajnuna tal-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Għajnuna u l-Ħidma għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qrib (UNRWA), li l-applikazzjoni tagħha għall-ksib tal-istatus ta’ refuġjat ġiet miċħuda minħabba n-nuqqas tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta’ Genève — Dritt ta’ din il-persuna mingħajr stat għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat fuq il-bażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE
Dispożittiv
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat [status] ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, persuna tibbenefika mill-protezzjoni u mill-għajnuna ta’ istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti oħra għajr l-UNHCR meta hija effettivament tuża din il-protezzjoni jew din l-għajnuna.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy