28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Paolo Speranza
(Kawża C-35/09) (1)
(Taxxi indiretti - Taxxa fuq iż-żieda tal-kapital azzjonarju - Artikolu 4(1)(ċ) tad-Direttiva 69/335/KEE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi r-reġistrazzjoni tal-att ta’ żieda tal-kapital azzjonarju ta’ kumpannija - Intaxxar in solidum fuq il-kumpannija benefiċjarja u fuq in-nutar - Nuqqas ta’ kontribuzzjoni effettiva ta’ kapital - Limitazzjoni tal-metodi ta’ prova)
2010/C 234/16
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
Konvenut: Paolo Speranza
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(ċ) tad-Direttiva 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) — Deliberazzjoni ta’ laqgħa ta’ trasformazzjoni ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata f’kumpannija b’kapital azzjonarju — Taxxa fuq iż-żieda relattiva fil-kapital azzjonarju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-obbligu ta’ ħlas ta’ taxxa fuq il-kumpannija li tiffirma l-att ta’ żieda fil-kapital u, in solidum, fuq in-nutar
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 4(1)(ċ) u 5(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil Stat Membru milli jindika r-reġistrazzjoni tal-att ta’ żieda tal-kapital ta’ kumpannija bħala li jippreċiża l-mument li fih jintervjeni l-fatt li jagħti lok għad dazju kapitali, bil-kundizzjoni li din ir-rabta bejn l-impożizzjoni ta’ dan id-dazju u l-kontribuzzjoni effettiva tal-assi lill-kumpannija benefiċjarja tinżamm. Jekk, matul l-intervent ta’ dan l-att, il-kontribuzzjoni effettiva tal-assi ma tkunx għad twettqet u jekk mhux ċert li din iż-żieda ser issir, il-ħlas ta’ dazju kapitali ma jistax jintalab mill-Istat Membru kkonċernat billi din iż-żieda ma tkunx kisbet natura ċerta. Il-prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-metodi ta’ prova, quddiem il-qrati fiskali, tan-nuqqas ta’ kontribuzzjoni effettiva taż-żieda kapitali deċiża minn kumpannija quddiem il-preżentata ta’ deċiżjoni li tkun saret res judicata u li tiddikjara n-nullità jew tannulla r-reġistrazzjoni, b’mod li d-dazju kapitali għandu fi kwalunkwe każ jiġi mħallas u li l-ħlas lura tiegħu jista’ biss jinkiseb permezz tal preżentata ta’ tali deċiżjoni.
(2)
Id-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix lil Stat Membru jipprovdi għar-responsabbiltà in solidum tal-uffiċjal pubbliku li fassal jew irċieva l-att ta’ żieda tal-kapital azzjonarju, bil-kundizzjoni li dan l-uffiċjal pubbliku jiddisponi mid-dritt li jippreżenta rikors għal kumpens kontra l-kumpannija benefiċjarja taż-żieda.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy