15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 — Transportes Evaristo Molina, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-36/09 P) (1)
(Appell - Akkordji - Suq Spanjol tal-pompi tal-petrol - Kuntratti għal żmien twil ta’ provvista esklużiva ta’ karburanti - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Dritt ta’ xiri mogħti lil ċerti pompi tal-petrol - Kundizzjonijiet għall-provvista minn Repsol - Lista tal- pompi tal-petrol ikkonċernati - Rikors għal annullament - Terminu għal preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza)
2011/C 13/06
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Transportes Evaristo Molina, SA (rappreżentanti: A. HernándezPardo, S. Beltrán Ruiz u M. L. Ruiz Ezquerra, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Gippini Fournier, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA (rappreżentanti: F. Lorente Hurtado u P. Vidal Martínez, avukati)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (Ir-Raba’ Awla), tal-14 ta’ Novembru 2008, Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni (T-45/08), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/446/KE, tat-12 ta’ April 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/B-1/38348 — Repsol CPP) (sommarju ppubblikat fil-ĠU L 176, p. 104), li trendi vinkolanti l-impenji li Repsol CPP assumiet, adottata skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81[KE] u 82[KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Transportes Evaristo Molina SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy