5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Ralf Schräder vs L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
(Kawża C-38/09 P) (1)
(Appell - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja - Regolamenti (KE) Nru 2100/94 u Nru 1239/95 - Agrikoltura - Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha - Popolarità tal-varjetà - Prova - Varjetà tal-pjanta SUMCOL 01)
2010/C 148/13
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Ralf Schräder (rappreżentant: T. Leidereiter, avukat)
Appellat: L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: M. Ekvad, B. Kiewiet, aġenti, A. von Mühlendahl, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li saret il-Qorti Ġenerali fl-1.12.09) (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2008, Schräder vs CVPO (T-187/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-appellant kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tat-2 ta’ Mejju 2006, li ċaħdet l-appell kontra d-deċiżjoni tas-CVPO li ċaħdet it-talba għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għal varjetà ta’ pjanta “SUMCOL 01” — Karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha — Elementi li jistgħu jiġu kkunsidrati sabiex tiġi stabbilita l-popolarità ta’ varjetà — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
R. Schräder huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009
Full & Egal Universal Law Academy