11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester — Ir-Renju Unit) — Astra Zeneca UK Limited vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
(Kawża C-40/09) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Punt 1 tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas” - Vawċers mogħtija minn kumpannija lill-impjegati tagħha fil-kuntest tar-remunerazzjoni ta’ dawn tal-aħħar)
2010/C 246/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
VAT and Duties Tribunal, Manchester
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Astra Zeneca UK Limited
Konvenuti: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — VAT and Duties Tribunal, Manchester — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1), 6(2)(b) u 17(2) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi bi ħlas — Vawċers mogħtija lill-impjegat skont il-kuntratt ta’ impjieg tiegħu, parti mill-valur ta’ liema jitnaqqas mis-salarju
Dispożittiv
Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li, l-għoti ta’ vawċer minn kumpannija, li akkwistat dan il-vawċer għal prezz li jinkludi t-taxxa fuq il-valur miżjud, lill-impjegati tagħha inkambju tar-rinunzja, minn dawn tal-aħħar, ta’ parti mir-remunerazzjoni tagħhom fi flus, jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas skont din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 90, 18.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy