6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Settembru 2010 — Lego Juris A/S vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-48/09 P) (1)
(Appell - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark Komunitarja - Forma ta’ prodott adattata għal reġistrazzjoni bħala trade mark - Reġistrazzjoni tas-sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-parti ta’ fuq u żewġt iġnub ta’ brikk Lego - Invalidità ta’ din ir-reġistrazzjoni fuq talba ta’ impriża li tikkummerċjalizza brikks ta’ ġugarell li għandhom l-istess forma u dimensjonijiet - Artikolu 7(1)(e)(ii) ta’ dan ir-regolament - Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku)
2010/C 301/03
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Lego Juris A/S (rappreżentanti: V. von Bomhard u T. Dolde, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent), Mega Brands Inc. (rappreżentanti: P. Cappuyns u C. De Meyer, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-12 ta’ Novembru 2008, Lego Juris A./S vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (T-270/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullment ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark tridimensjonali Komunitarja li kienet ippreżentata taħt il-forma ta’ blokk ta’ Lego, għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28, kontra d-Deċiżjoni R 856/2004-G tal-Bord Suprem tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-10 ta’ Lulju 2006, li tiċħad l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità parzjali tal-imsemmija trade mark, fil-kuntest ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa minn Mega Brands — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 40/94
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Lego Juris A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009
Full & Egal Universal Law Academy