14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Barbara Becker vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-51/09 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark verbali Barbara Becker - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali BECKER u BECKER ONLINE PRO - Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Evalwazzjoni tax-xebh ta’ sinjali fuq il-livelli kunċettwali)
2010/C 221/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Barbara Becker (rappreżentant: P. Baronikians, avukat)
Appellati: Harman International Industries Inc. (rappreżentant: M. Vanhegan, barrister), L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (l-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2008, Harman International Industries vs OHMI — Becker (Barbara Becker) (T-212/07), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-Deċiżjoni R 502/2006-1 tal-Ewwel Bord ta’ Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tas-7 ta’ Marzu 2007, li tannulla d-deċiżjoni tad-diviżjoni tal-oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “Barbara Becker”, għall-prodotti fil-klassi 9, fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula minn Harman International Industries, Inc.
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta’ Diċembru 2008, Harman International Industries vs UASI — Becker (Barbara Becker) (T-212/07), hija annullata.
(2)
Il-kawża ġiet irrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy