4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-House of Lords — ir-Renju Unit) — Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs Loyalty Management UK Limited (C-53/09), Baxi Group Ltd (C-55/09),
(Kawżi magħquda C-53/09 u C-55/09) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Ammont taxxabbli - Sistema ta’ promozzjoni ta’ bejgħ - Skema ta’ premjijiet għal lealtà li tippermetti lill-klijenti jirċievu punti mingħand il-kummerċjanti u jsarrfuhom fi premjijiet għal lealtà - Ħlasijiet magħmula mill-amministratur tal-iskema lill-fornituri li jipprovdu l-premjijiet għal lealtà - Ħlasijiet magħmula mill-kummerċjant lill-amministratur tal-iskema li jipprovdi l-premjijiet għal lealtà)
2010/C 328/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
House of Lords
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Konvenuti: Loyalty Management UK Limited (C-53/09), Baxi Group Ltd (C-55/09),
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — House of Lords — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5, 6, 11A(1)(a) u 17 tas-Sitt Drettiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġjijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Ammont taxxabbli — Skema ta’ premjijiet għal lealtà li tippermetti lill-utenti jġemmgħu punti minn kummerċjanti msieħba u jbiddluhom f’rigal jew f’voucher mingħand kummerċjanti miftiehma — Tisrif ta’ punti li jagħti lok għall-ħlas mill-amministratur tal-iskema ta’ miżata lill-kummerċjant miftiehem inkwistjoni — Skema ta’ premjijiet għal lealtà li tippermetti lill-klijenti ta’ negozju taxxabbli li jġemmgħu punti meta jixtru oġġetti u li jsarrfu dawn il-punti f’rigali mogħtija minn kumpannija terza ta’ pubbliċità u marketing responsabbli mill-gestjoni ta’ din l-iskema — Tisrif ta’ punti li jagħti d-dritt, lill-kumpannija terza, għall-ħlasijiet mill-persuna taxxabbli li jikkorrispondu għall-prezz tal-bejgħ rakkomandat tar-rigali mqassma
Dispożittiv
(1)
Fil-kuntest ta’ skema ta’ premjijiet għal lealtà tal-klijenti, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, l Artikoli 5, 6, 11A(1)(a), kif ukoll tal-Artikolu 17(2), fil- verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28f(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
—
ħlasijiet magħmula mill-amministratur tal-iskema inkwistjoni lill-fornituri li jipprovdu l-premjijiet għal lealtà lill-klijenti għandhom jiġu kkunsidrati, fil-Kawża C-53/09, bħala l-korrispettiv, imħallas minn terz, għal provvista ta’ oġġetti lil dawn il-klijenti, jew, skont il-każ, għal provvista ta’ servizzi pprovduti lil dawn. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha l-obbligu tivverifika jekk dawn il-ħlasijiet jinkludux ukoll il-korrispettiv għal provvista ta’ servizzi li tikkorrispondi għal provvista distinta, u
—
ħlasijiet magħmula mill-isponser lill-amministratur tal-iskema inkwistjoni li jipprovdi premjijiet għal lealtà lill-klijenti għandhom jiġu kkunsidrati, fil-Kawża C-55/09, parti bħala l-korrispettiv imħallas minn terz, għall-provvista ta’ oġġetti lil dawn il-klijenti u parti bħala l-korrispettiv għal provvista ta’ servizzi magħmula mill-amministratur ta’ din l-iskema għall-benefiċċju ta’ dan l-isponser.
(1) ĠU C 90, 18.04.2009
ĠU C 148, 05.06.2010
Full & Egal Universal Law Academy